Skip to main content
Shaping Europe’s digital future logo

WiFi4EU: Ċittadini

Iċ-ċittadini u l-mistednin ta’ muniċipalitajiet lokali fl-Unjoni Ewropea dalwaqt se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn konnessjoni bil-Wi-Fi bla ħlas f’postijiet pubbliċi bis-saħħa ta’ WiFi4EU. Il-muniċipalità tiegħek tista’ tapplika għal vawċer biex tkopri l-ispejjeż tal-installazzjoni tal-Wi-Fi, korteżija tal-Kummissjoni Ewropea.

X’inhi WiFi4EU?

WiFi4EU hija inizjattiva mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi konnessjonijiet tal-Wi-Fi pubbliku fil-muniċipalitajiet lokali. Bħala parti mill-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni Juncker impenjat ruħha biex ittejjeb il-konnettività madwar l-Ewropa. L-inizjattiva WiFi4EU hija l-prodott ta’ dan il-għan. WiFi4EU għandha l-għan li toħloq network pan-Ewropew ta’ hotspots pubbliċi għall-Ewropej fil-muniċipalitajiet madwar l-Unjoni Ewropea.

L-użu ta’ WiFi4EU

Il-muniċipalità lokali tiegħek tista’ tapplika għal vawċer b’valur ta’ EUR 15 000 li jkopri l-ispejjeż tal-installazzjoni tal-hotspots tal-Wi-Fi fil-belt tiegħek. Jekk jirnexxielha, il-muniċipalità tiegħek tospita hotspot ta’ WiFi4EU għal perjodu minimu ta’ tliet snin. Ir-residenti lokali u l-viżitaturi kollha b’hekk ikunu jistgħu jaċċessaw l-internet liberament.

WiFi4EU – Bla Ħlas Għalik

WiFi4EU se tkun kompletament bla ħlas. Ir-regoli stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea jiżguraw li la rimunerazzjoni monetarja, u lanqas forom indiretti ta’ ħlas, permezz ta’ reklamar jew ipproċessar tad-data, mhuma se jkunu permessi fuq in-network ta’ WiFi4EU għall-perjodu ta’ tliet snin ta’ impenn.

WiFi4EU – Nikkonnettjawk

Il-konnessjoni man-network ta’ WiFi4EU se tkun sempliċi ħafna. Il-Kummissjoni Ewropea tat mandat li l-isem tan-network (l-SSID tiegħu) għandu jkun “WiFi4EU”. Dan se jkun l-istess kullimkien, biex il-hotspots ta’ WiFi4UE jkunu rikonoxxibbli madwar l-Ewropa. Meta tikkonnettja man-network tal-Wi-Fi bla ħlas għall-ewwel darba, tkun ridirett lejn paġna tal-login sigura (captive portal). Inti tkun tista’ tagħmel sign in b’sempliċi funzjonalità click-to-connect. Ladarba tikkonnettja man-network tal-Wi-Fi, tista’ tibda tuża l-internet liberament bl-użu ta’ WiFi4EU! Barra minn hekk, jekk tiskonnettja u terġa’ tikkonnettja fi żmien 12-il siegħa, m’intix se tintalab terġa’ tilloggja.

Iktbilna

Latest

PRESS RELEASE |
WiFi4EU: Commission unveils final results of the second call for applications

The European Commission announced the results of the second WiFi4EU call for proposals, which ran from 4 to 5 April. 3,400 municipalities will receive vouchers each worth €15,000 to cover the cost of installing Wi-Fi hotspots in public spaces, including town halls, public libraries, museums, public parks or squares. The total budget for this call was €51 million and applications came from all the countries taking part in the programme, namely EU Member States, Iceland and Norway.

PRESS RELEASE |
WiFi4EU: Questions and Answers

Who will benefit from the WiFi4EU programme? How to apply for WiFi4EU? Are there any specific conditions for the projects?
What is the budget of WiFi4EU?

PRESS RELEASE |
WiFi4EU initiative: how will it work?

The European Parliament, the Council and the Commission reached a political agreement on the WiFi4EU initiative and its funding on 29 May 2017.

Related Content

Big Picture

WiFi4EUWiFi4EU | Wi-Fi b’xejn għall-Ewropej

L-inizjattiva WiFi4EU tippromwovi aċċess bla ħlas għall-Wi-Fi għaċ-ċittadini fi spazji pubbliċi inklużi parks, pjazez, binjiet pubbliċi, libreriji, ċentri tas-saħħa, u mużewijiet fil-muniċipalitajiet madwar l-Ewropa.

See Also

Wifi4EU: Muniċipalitajiet

Bħala muniċipalità fl-Unjoni Ewropea, inti eliġibbli biex tapplika għal vawċer bħala parti mill-inizjattiva WiFi4EU. Il-vawċers, b’valur ta’ EUR 15,000 kull wieħed, se jservu biex jipprovdu lill-komunità tiegħek b’konnessjoni pubblika bla ħlas.

WiFi4EU: Kumpaniji tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi

WiFi4EU hija inizjattiva li se toħloq eluf ta’ hotspots tal-Wi-Fi li jipprovdu konnettività bla ħlas fl-ispazji pubbliċi ta’ komunitajiet lokali madwar l-Ewropa. Inti Kumpanija tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi u tixtieq titgħallem aktar dwar l-inizjattiva WiFi4EU u l...