Skip to main content
Shaping Europe’s digital future logo

Wifi4EU: Muniċipalitajiet

Bħala muniċipalità fl-Unjoni Ewropea, inti eliġibbli biex tapplika għal vawċer bħala parti mill-inizjattiva WiFi4EU. Il-vawċers, b’valur ta’ EUR 15,000 kull wieħed, se jservu biex jipprovdu lill-komunità tiegħek b’konnessjoni pubblika bla ħlas.

Kif taħdem

L-inizjattiva WiFi4EU hija miftuħa għall-muniċipalitajiet jew l-assoċjazzjonijiet iffurmati mill-muniċipalitajiet (li japplikaw f’isem membru wieħed jew aktar tagħhom). Il-lista ta’ entitajiet eliġibbli hija aġġornata mill-Istati Membri qabel kull sejħa għall-applikazzjonijiet.

Ladarba muniċipalità tirbaħ vawċer, hija libera li tinstalla l-hotspots ta’ WiFi4EU fi kwalunkwe post pubbliku li jista’ jiġi kkunsidrat bħala ċ-ċentru tal-ħajja tal-komunità tagħhom: kunsill lokali, libreriji pubbliċi, ċentri tas-saħħa, mużew, pjazza, park, eċċ.

Il-vawċer jipprovdi ammont fiss ta’ finanzjament għal kull muniċipalità. Dan jiffinanzja l-ispejjeż tat-tagħmir u tal-installazzjoni, filwaqt li l-benefiċjarju jħallas għall-konnettività u l-manutenzjoni tat-tagħmir għal 3 snin. Il-muniċipalitajiet li jirċievu vawċer jagħżlu ċ-“ċentri tal-ħajja pubblika” fejn se jiġu installati l-hotspots (il-punti tal-aċċess bla fili) ta’ WiFi4EU. Huma jistgħu jużaw ukoll il-vawċer ta’ WiFi4EU biex jiffinanzjaw parzjalment proġett ta’ valur ogħla

L-Għoti tal-Vawċer

Il-vawċers tal-WiFi4EU huma assenjati fuq regola ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Sabiex jiġi żgurat bilanċ ġeografiku, kull pajjiż parteċipanti se jkun intitolat għal minimu ta’ 15-il vawċer u massimu li hu espress bħala perċentwal tal-baġit tas-sejħa.

Kif tapplika

L-iskema ta’ WiFi4EU se titwassal permezz ta’ proċeduri sempliċi u mhux burokratiċi bħal applikazzjonijiet online, ħlas bil-vawċers u rekwiżiti ta’ monitoraġġ mhux stretti. Il-muniċipalitajiet li jixtiequ japplikaw għal vawċer l-ewwel iridu jirreġistraw fil-portal ta’ WiFi4EU. Ladarba jkunu rreġistrati, il-muniċipalitajiet jistgħu japplikaw meta tiftaħ is-sejħa billi jerġgħu jżuru l-portal u jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom. Ir-rebbieħa tal-vawċer se jintgħażlu fuq il-bażi ta’ min japplika l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Jekk ma tkunx xortik tajba u titlef l-ewwel sejħa, se tkun tista’ terġa’ tipprova d-darba li jmiss.

Il-mappa tar-rebbieħa tal-WiFi4EU

L-inizjattiva WiFi4EU qed ikollha impatt konkret fuq il-muniċipalitajiet fl-Ewropa kollha billi tippromwovi l-aċċess b’xejn għall-konnettività tal-Wi-Fi għaċ-ċittadini fi spazji pubbliċi. Iċċekkja l-mapep tal-pajjiżi biex tiskopri fejn tkun tista’ taqbad man-network ta’ WiFi4EU bla ħlas u pubbliku!

Austria | Belgium | Bulgaria | Cyprus | Czech Republic | Germany | Denmark Estonia | Greece | Spain | Finland | France | Croatia | Hungary | Ireland | Iceland | Italy | Lithuania | Luxembourg | Latvia | Malta | Netherlands | Norway | Poland | Portugal | Romania | Sweden | Slovakia | Slovenia | United Kingdom

Iktbilna

Latest

PRESS RELEASE |
WiFi4EU: Commission unveils final results of the second call for applications

The European Commission announced the results of the second WiFi4EU call for proposals, which ran from 4 to 5 April. 3,400 municipalities will receive vouchers each worth €15,000 to cover the cost of installing Wi-Fi hotspots in public spaces, including town halls, public libraries, museums, public parks or squares. The total budget for this call was €51 million and applications came from all the countries taking part in the programme, namely EU Member States, Iceland and Norway.

PRESS RELEASE |
WiFi4EU: Questions and Answers

Who will benefit from the WiFi4EU programme? How to apply for WiFi4EU? Are there any specific conditions for the projects?
What is the budget of WiFi4EU?

PRESS RELEASE |
WiFi4EU initiative: how will it work?

The European Parliament, the Council and the Commission reached a political agreement on the WiFi4EU initiative and its funding on 29 May 2017.

Related Content

Big Picture

WiFi4EUWiFi4EU | Wi-Fi b’xejn għall-Ewropej

L-inizjattiva WiFi4EU tippromwovi aċċess bla ħlas għall-Wi-Fi għaċ-ċittadini fi spazji pubbliċi inklużi parks, pjazez, binjiet pubbliċi, libreriji, ċentri tas-saħħa, u mużewijiet fil-muniċipalitajiet madwar l-Ewropa.

See Also

WiFi4EU: Ċittadini

Iċ-ċittadini u l-mistednin ta’ muniċipalitajiet lokali fl-Unjoni Ewropea dalwaqt se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn konnessjoni bil-Wi-Fi bla ħlas f’postijiet pubbliċi bis-saħħa ta’ WiFi4EU. Il-muniċipalità tiegħek tista’ tapplika għal vawċer biex tkopri l-ispejjeż tal...

WiFi4EU: Kumpaniji tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi

WiFi4EU hija inizjattiva li se toħloq eluf ta’ hotspots tal-Wi-Fi li jipprovdu konnettività bla ħlas fl-ispazji pubbliċi ta’ komunitajiet lokali madwar l-Ewropa. Inti Kumpanija tal-Installazzjoni tal-Wi-Fi u tixtieq titgħallem aktar dwar l-inizjattiva WiFi4EU u l...