l-Artikolu 17 tad-Direttiva DSM introduċa regoli applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-kondiviżjoni tal-kontenut online għall-kontenut imtella’ mill-utenti tagħhom. l-Artikolu 17(6) stabbilixxa reġim eħfef għall-fornituri tas-servizzi disponibbli għall-pubbliku fl-UE għal inqas minn tliet snin u b’fatturat ta’ inqas minn EUR 10 miljun.
Din il-konsultazzjoni mmirata hija parti mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-reġim ta’ responsabbiltà eħfef previst fl-Artikolu 17(6), kif meħtieġ skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva.
Min jista’ jieħu sehem?
Il-konsultazzjoni tiffoka biss fuq il-prattika u l-esperjenza tal-partijiet ikkonċernati rilevanti bħad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-fornituri tas-servizzi tal-kondiviżjoni tal-kontenut online li jibbenefikaw mir-reġim ta’ responsabbiltà eħfef fl-Artikolu 17(6).
Il-konsultazzjoni tagħlaq fis- 7 ta’ Ġunju 2024.
Il-konsultazzjoni mmirata hija disponibbli fuq l-Istħarriġ tal-UE bl-Ingliż.