Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
  • EVENT
  • Pubblikazzjoni 29 Lulju 2024

L-ewwel Avveniment tal-Komunità Diġitali tal-FNE

Il-Kummissjoni Ewropea, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA), qed torganizza l-ewwel avveniment komunitarju tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - CEF Diġitali.

test fil-vjola fuq sfond iswed b'kostellazzjoni blu: L-ewwel komunità diġitali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Hawn taħt, bil-blu, id-data tal-avveniment: l-10 ta’ Ottubru 2024 mid-9 AM sal-5 PM.

L-avveniment se jiġbor il-proġetti kollha ffinanzjati taħt il-programmDiġitali tal-FNE u s-saffi pmis-segmenti kollhatal-katina tal-valur tal-konnettività sabiex tiġi kondiviża l-esperjenza, jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta’ kollaborazzjoni, jissaħħu s-sinerġiji u jingħata kontribut għall-massimizzazzjoni tal-impatt tal-programm fuq l-għanijietta’politika.

Billi tinvolvi ruħha f’diskussjonijiet u f’exchanges ta’ ideat, il-komunità diġitalital-FNE se ddaħħalideat ġodda fir-riflessjonijietdwar il-politiki u l-investimenti futuri tal-konnettività kif deskritt fil-White Paper.

L-għodwa se tkun iddedikata għal preżentazzjoni tal-objettivi komuni tal-proġetti, b’enfasi fuql-identifikazzjoni ta’ sinerġiji futuri possibbli, filwaqt li waranofsinhar, l-attenzjonise tinbidel għall-esplorazzjonita’ għażliet ta’ finanzjament għall-infrastrutturi tal-konnettività.  

Aġenda

8:00 – 9:00: Reġistrazzjoni u Kafè ta’ Merħba

9:00 – 9:15: Diskors ta' Introduzzjoni

Renate Nikolay, Deputat Direttur Ġenerali, DĠ CONNECT, Kummissjoni Ewropea

9:15 - 9:45: Is-Sitwazzjoni Attwali Ġenerali tal-FNE Diġitali

Il-Kummissjoni Ewropea & Marina ZANCHI, Direttur, Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA)

9:45 – 11:45: Workshop parallel

  • 5G għall-kurituri tal-Komunitajiet Intelliġenti/5G
  • Gateways Globali Diġitali

11:45 – 12:05: Sommarju tad-diskussjonijiet 

12:05 – 14:00: Waqfa għall-ikla ta’ nofsinhar

14:00 – 15:45: Sessjoni dwar l-Investiment – Global Gateways Diġitali 

15:45 – 16:00: Waqfa għall-kafè

16:00 – 16:45 – Sessjoni dwar l-Investiment – proġetti pilota fuq skala kbira tal-5G

16:45 – 17:00: Kummenti tal-għeluq

Kamila KLOC, Direttur, Direttorat B - Deċennju Diġitali u Konnettività, DĠ CONNECT, Kummissjoni Ewropea

 

Bl-istess għan li jinbnew u jissaħħu r-rabtiet fi ħdan il-komunità diġitali tal-FNE, fl-istess ġimgħa se jiġu organizzati żewġ avvenimenti komplementari tal-FNE Diġitali ffukati fuq suġġetti speċifiċi tal-5G: