Id-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali tiggwida t-tranżizzjoni diġitali f’konformità mal-valuri tal-UE għal futur diġitali sigur u sostenibbli.
Id-drittijiet tiegħek jeħtieġ li jiġu protetti kemm online kif ukoll offline. Għalhekk, l-UE ffirmat dikjarazzjoni dwar id-drittijiet u l-prinċipji diġitali Ewropej li poġġiet lill-Ewropej fil-qalba tat-trasformazzjoni diġitali tal-UE u tippromwovi tranżizzjoni diġitali msawra mill-valuri Ewropej.
Drittijiet u Prinċipji Diġitali Ewropej
In-nies kollha fl-UE għandhom jieħdu l-aħjar li jistgħu mit-trasformazzjoni diġitali. Id-drittijiet u l-prinċipji diġitali se jiggwidaw lill-UE fil-promozzjoni ta’ soċjetà inklużiva, prospera u sostenibbli. Id-dikjarazzjoni hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fid-dinja. Dan se jkun punt ta’ referenza għal kulħadd fl-UE u gwida għal dawk li jfasslu l-politika u l-kumpaniji li jiżviluppaw teknoloġiji diġitali. Id-drittijiet u l-prinċipji diġitali se jiġu riflessi fl-azzjonijiet tal-UE, fil-ħidma futura, u fl-involviment mas-sħab globali.
Nies fiċ-ċentru
It-teknoloġiji diġitali għandhom jipproteġu d-drittijiet tan-nies, jappoġġaw id-demokrazija, u jiżguraw li l-atturi diġitali kollha jaġixxu b’mod responsabbli u sikur. L-UE tippromwovi dawn il-valuri madwar id-dinja.
Solidarjetà u inklużjoni
It-teknoloġija għandha tgħaqqad, mhux taqsam, in-nies. Kulħadd għandu jkollu aċċess għall-internet, għall-ħiliet diġitali, għas-servizzi pubbliċi diġitali, u għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti.
Il-libertà tal-għażla
In-nies jenħtieġ li jibbenefikaw minn ambjent online ġust, ikunu sikuri minn kontenut illegali u ta' ħsara, u jingħataw is-setgħa meta jinteraġixxu ma' teknoloġiji ġodda u li qed jevolvu bħall-intelliġenza artifiċjali.
Parteċipazzjoni
Iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fil-proċess demokratiku fil-livelli kollha u jkollhom kontroll fuq id-data tagħhom stess.
Is-sikurezza u s-sigurtà
L-ambjent diġitali għandu jkun sikur u sigur. L-utenti kollha, mit-tfulija sax-xjuħija, għandhom jingħataw is-setgħa u jiġu protetti.
Is-sostenibbiltà
L-apparati diġitali għandhom jappoġġaw is-sostenibbiltà u t-tranżizzjoni ekoloġika. In-nies jeħtieġ li jkunu jafu dwar l-impatt ambjentali u l-konsum tal-enerġija tal-apparati tagħhom.
Ċifri ewlenin
Nies fiċ-ċentru
4 minn kull 5 Ewropej iqisu li huwa importanti li l-awtoritajiet pubbliċi jsawru l-iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali u teknoloġiji diġitali oħra biex jiżguraw li jirrispettaw id-drittijiet u l-valuri tagħna
Solidarjetà u inklużjoni
9 minn kull 10 Ewropej jaħsbu li huwa importanti li l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu appoġġ uman xieraq biex jgħinu lill-individwi jinnavigaw it-trasformazzjoni diġitali u s-servizzi diġitali.
Protezzjoni tad-drittijiet diġitali
44 % taċ-ċittadini Ewropej iħossuhom protetti sew fl-ispazju diġitali
Parteċipazzjoni
3 minn kull 4 Ewropej iqisu li sal-2030, it-teknoloġiji diġitali se jkunu importanti għall-involviment fil-ħajja demokratika, bħall-votazzjoni jew is-sejbien ta’ informazzjoni affidabbli
Sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet diġitali
59 % taċ-ċittadini Ewropej huma konxji li d-drittijiet li għandhom offline għandhom jiġu rrispettati wkoll online.
Is-sostenibbiltà
3 minn kull 4 Ewropej iqisu li t-teknoloġiji diġitali se jkollhom rwol importanti biex jgħinu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
* Ċifri meħuda mir-Rapport Speċjali tal-Ewrobarometru dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali 2025
Kontenut Relatat

Id-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali tippromwovi tranżizzjoni diġitali...