Skip to main content
Shaping Europe’s digital future

Q&A Identità Diġitali

Il-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE tippermetti lill-individwi jagħtu prova tal-identità tagħhom meta jaċċessaw servizzi diġitali, jaħżnu dokumenti importanti, u jikkondividu b’mod sigur id-data filwaqt li jżommu l-privatezza. Skopri aktar dettalji dwarha f’dan il-FAQ.

Il-Kartieri tal-Identità Diġitali tal-UE huma l-ewwel apps li jippermettu liċ-ċittadini u lin-negozji jidentifikaw lilhom infushom b’mod diġitali, jaħżnu u jimmaniġġjaw id-data u d-dokumenti tal-identità f’forma diġitali madwar l-UE. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, liċenzja tas-sewqan, preskrizzjonijiet mediċi jew kwalifiki edukattivi. Skont ir-regoli l-ġodda, l-Istati Membri se joħorġu l-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE tagħhom stess li se tkun disponibbli għaċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-UE u li jistgħu jużaw fil-pajjiżi l-oħra tal-UE u se jiġu aċċettati legalment. Bil-Kartieri, iċ-ċittadini se jkunu jistgħu jagħtu prova, madwar l-UE, ta’ attribut personali speċifiku mingħajr ma jiżvelaw l-identità sħiħa tagħhom jew dettalji personali oħra. Iċ-ċittadini se jkollhom fi kwalunkwe ħin il-kontroll sħiħ tad-data li jikkondividu u ma’ min jikkondividu.

Il-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE

Sett ta’ għodod komuni