Il-parteċipanti għal proposti ta’ offerti li jwieġbu għas-sejħa “Suq għal servizzi federati bbażati fuq cloud għal edge” huma mħeġġa jużaw l-istudju ta’ kunċettwalizzazzjoni biex jiffamiljarizzaw ruħhom mas-suġġett u l-modalitajiet differenti possibbli għall-implimentazzjoni tiegħu.
Il-programm Ewropa Diġitali se jsaħħaħ il-kapaċitajiet diġitali kritiċi tal-UE billi jiffoka fuq l-użu u l-aħjar użu ta’ teknoloġiji bħall-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-computing avvanzat u l-infrastruttura tad-data.
Biex jappoġġa dan, is-Suq għal servizzi federati bbażati fuq cloud għal edge se jservi bħala punt uniku ta’ aċċess għal servizzi fdati u kkurati ta’ cloud u edge. Dan se jiżgura li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija titwettaq abbażi ta’ infrastrutturi u servizzi siguri, ġusti, inklużivi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.