
Dan jinkludi t-tisħiħ tal-kummerċ intra-UE b’sa EUR 360 biljun u żieda sinifikanti fil-produttività.
Sabiex jiffunzjonaw b’mod effiċjenti fil-lingwi Ewropej, it-teknoloġiji lingwistiċi jridu jiġu mħarrġa b’volumi estensivi ta’ data lingwistika multilingwi.
L-istudju jinnota li 7 minn kull 10 utenti dejjem se jagħżlu l-lingwa nattiva tagħhom fuq l-Ingliż meta jibbrawżjaw online. B’teknoloġiji tal-lingwa aktar aċċessibbli, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju se jkollhom ir-riżorsi biex jipprovdu l-kontenut tagħhom f’diversi lingwi. B’riżultat ta’ dan, it-traduzzjoni awtomatika waħedha tista’ tagħti spinta lill-kummerċ intra-UE sa EUR 300 biljun għall-SMEs tal-UE li diġà huma attivi fil-kummerċ internazzjonali. Il-kontroll tad-data u tal-infrastrutturi sottostanti huwa essenzjali biex jinkisbu dawn il-benefiċċji. L-istudju jenfasizza l-approċċ tal-UE bħala wieħed li jipproteġi s-sovranità u l-valuri tagħha peress li għandu l-għan li jwitti t-triq għal governanza sikura tad-data u l-IA.
Dan l-istudju wasal xahrejn wara t-tnedija tal-ALT-EDIC u tal-Ispazju tad-Data Lingwistika, li għandhom l-għan li jindirizzaw in-nuqqas ta’ data lingwistika Ewropea meħtieġa biex jitħarrġu l-mudelli tal-IA. Il-promozzjoni tal-kondiviżjoni tad-data lingwistika hija kruċjali biex l-applikazzjonijiet tal-ĠenAI jiffunzjonaw b’mod preċiż fil-lingwi Ewropej.
Tista’ tniżżel l-istudju fil-paġna web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.