Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Policy and legislation | Pubblikazzjoni

Proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 “Il-Perkors għad-Deċennju Diġitali”

Ara l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 “Il-Perkors għad-Deċennju Diġitali”.

Il- “Perkors għad-Deċennju Diġitali” għandu l-għan li jiżgura li l-Unjoni Ewropea tilħaq l-objettivi u l-miri tagħha lejn trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u tal-ekonomija tagħna f’konformità mal-valuri tal-UE, filwaqt li ssaħħaħ it-tmexxija diġitali tagħna u tippromwovi politiki diġitali li jiffokaw fuq il-bniedem, inklużivi u sostenibbli li jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini u lin-negozji. 

Għal dan l-għan, il- “Perkors għad-Deċennju Diġitali” jistabbilixxi l-miri diġitali konkreti li l-Unjoni kollha kemm hi mistennija tilħaq sa tmiem id-deċennju, kif delinjat għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni dwar il-Kumpass Diġitali. Il-miri diġitali għall-2030 huma bbażati fuq erba’ punti kardinali: il-ħiliet diġitali, l-infrastrutturi diġitali, id-diġitalizzazzjoni tan-negozji u d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi.

Aqra l-proposta fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit tal-EUR-Lex