Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
  • PRESS RELEASE
  • Pubblikazzjoni 18 Ġunju 2025

Il-Kummissjoni taċċetta l-impenji offruti minn AliExpress skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u tieħu azzjoni ulterjuri dwar prodotti illegali

Illum, il-Kummissjoni ħadet żewġ passi ewlenin fl-investigazzjoni tagħha dwar il-konformità ta’ AliExpress mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA).

test tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali fi triangolu abjad fuq sfond blu

Id-DSA u l-azzjonijiet meħuda llum għandhom l-għan li jiżguraw is-sikurezza tal-utenti u tal-konsumaturi online. L-ewwel nett, il-Kummissjoni aċċettat u għamlet vinkolanti sensiela ta’ impenji offruti minn AliExpress biex issolvi għadd ta’ tħassib, bħat-trasparenza tal-pjattaforma dwar ir-reklamar u s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni.

It-tieni, wara l-investigazzjoni fil-fond tagħha, il-Kummissjoni sabet b’mod preliminari li AliExpress kisret l-obbligu tagħha li tivvaluta u timmitiga r-riskji relatati mat-tixrid ta’ prodotti illegali skont id-DSA.

Henna Virkkunen, il-Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-Demokrazija qalet:

L-azzjonijiet li ttieħdu llum juru s-saħħa tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħolqien ta’ ambjent online aktar sikur u ġust. Stajna nieħdu passi konkreti biex niżguraw livell għoli ta’ sikurezza għaċ-ċittadini tal-UE filwaqt li nżommu kundizzjonijiet ekwi għall-pjattaformi u n-negozjanti fis-suq tal-UE. Din id-deċiżjoni sservi bħala illustrazzjoni tal-aspettattivi tal-Kummissjoni meta nqajmu tħassib. Nilqgħu l-impenji ta’ AliExpress biex issir aktar sikura għall-utenti, aktar ġusta għan-negozjanti leġittimi, u pjattaforma online aħjar għal kulħadd.

Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa.

Sib aktar informazzjoni dwar:

Related content