Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
  • PRESS RELEASE
  • Pubblikazzjoni 28 Novembru 2024

Il-Kummissjoni tappella lil 23 Stat Membru biex jittrasponu bis-sħiħ id-Direttiva NIS2

Illum, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tiftaħ proċeduri ta’ ksur billi bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lil 23 Stat Membru (il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja) talli naqsu milli jittrasponu bis-sħiħ id-Direttiva NIS2 (id-Direttiva 2022/2555).

A glowing white padlock icon illuminating a section of a blue and orange circuit board, symbolising the importance of cybersecurity.

GettyImages © solarseven

L-Istati Membri kellhom jittrasponu d-Direttiva NIS2 fil-liġi nazzjonali sas-17 ta’ Ottubru 2024. Id-Direttiva NIS2 għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-UE. Din tkopri entitajiet li joperaw f’setturi kritiċi bħas-servizzi pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika, il-ġestjoni tas-servizzi tal-ICT, is-servizzi diġitali, il-ġestjoni tal-ilma mormi u tal-iskart, l-ispazju, is-saħħa, l-enerġija, it-trasport, il-manifattura ta’ prodotti kritiċi, is-servizzi postali u tal-kurrier, u l-amministrazzjoni pubblika. 

L-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni hija kruċjali biex ikomplu jittejbu r-reżiljenza u l-kapaċitajiet ta’ rispons għall-inċidenti tal-entitajiet pubbliċi u privati li joperaw f’dawn is-setturi kritiċi u fl-UE kollha kemm hi. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tibgħat ittri ta’ intimazzjoni lit-23 Stat Membru l-ieħor ikkonċernati li issa għandhom xahrejn biex iwieġbu u jlestu t-traspożizzjoni tagħhom u jinnotifikaw il-miżuri tagħhom lill-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li toħroġ opinjoni motivata.

Aqra aktar informazzjoni: