Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni se tinvesti aktar minn €210 miljun fiċ-ċibersigurtà, fil-kapaċitajiet diġitali u fit-teknoloġija permezz tal-Programm Ewropa Diġitali

Il-Kummissjoni fetħet sejħiet b’valur ta’ aktar minn €210 miljun taħt il-Programm Ewropa Diġitali (DEP) għal proposti biex jissaħħu ċ-ċibersigurtà u l-kapaċitajiet diġitali madwar l-UE.

Commission to invest over €210 million in cybersecurity, digital capacities and technology under the Digital Europe Programme

F’termini ta’ ċibersigurtà, €35 miljun se jkunu ddedikati għal proġetti li jipproteġu installazzjonijiet industrijali kbar u infrastrutturi kritiċi. €12,8 miljun oħra se jiġu investiti biex ikomplu jiġu stabbiliti, appoġġati u mkabbra ċ-Ċentri tal-Operazzjonijiet taċ-Ċibersigurtà (SOCs) kemm nazzjonali kif ukoll transfruntiera. €35 miljun se jiġu ddedikati għall-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u għodod taċ-ċibersigurtà tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. €20 miljun se jmorru biex jappoġġaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà u l-Istrateġiji Nazzjonali taċ-Ċibersigurtà. L-iskadenza tal-applikazzjoni għal dan il-finanzjament kollu relatat maċ-ċibersigurtà hija l-21 ta’ Jannar 2025.

Għall-kapaċitajiet tal-ħiliet diġitali, se jiġu investiti €55 miljun f’ħiliet diġitali avvanzati, għat-tfassil u t-twassil ta’ programmi ta’ edukazzjoni ta’ lawrja għolja f’oqsma ewlenin tat-teknoloġija diġitali. Biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jilħqu l-miri u l-objettivi tad-Deċennju Diġitali, se jiġu investiti EUR 25 miljun f’attivitajiet biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta’ proġetti multinazzjonali differenti permezz tal-Konsorzji Ewropej għall-Infrastruttura Diġitali (EDICs). €20 miljun oħra tal-UE huma allokati biex ikomplu jiġu żviluppati t-tewmin diġitali lokali Ewropej (verżjonijiet diġitali tal-komunitajiet lokali). Se jiġu investiti €8 miljun fl-Osservatorji Ewropej tal-Media Diġitali (EDMOs) biex jiffinanzjaw il-ħidma ta’ ċentri reġjonali indipendenti biex janalizzaw u jindirizzaw id-diżinformazzjoni fil-media diġitali. L-iskadenza tal-applikazzjoni għal dan il-finanzjament kollu marbut mal-ħiliet diġitali hija l-21 ta’ Novembru 2024.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-programm ta’ ħidma taċ-ċibersigurtà tad-DEP, u dwar il-programm ta’ ħidma ewlieni tad-DEP. Sib aktar informazzjoni dwar is-sejħiet għal proposti. Is-sena d-dieħla se jiġu ppubblikati aktar sejħiet wara l-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Ewropa Diġitali 2025 – 2027.

Sib aktar informazzjoni dwar is-sejħiet taċ-ċibersigurtà.