Il-Kummissjoni qed tfittex feedback dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-approċċ proposti tal-linji gwida, kif ukoll dwar prattiki tajbin u rakkomandazzjonijiet relatati mal-miżuri ta’ mitigazzjoni għar-riskji li l-minorenni jistgħu jiltaqgħu magħhom online. Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jieħdu sehem fis-sejħa għall-evidenza, inkluż billi jipprovdu rapporti xjentifiċi ta’ appoġġ u riċerka.
Il-pjattaformi online għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-aħjar interessi tat-tfal ikunu kunsiderazzjoni ċentrali meta jfasslu s-servizzi tagħhom. Il-pjattaformi jenħtieġ li jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju, iwettqu regolarment valutazzjonijiet tal-impatt, u jimplimentaw miżuri ta' mitigazzjoni għal kwalunkwe riskju potenzjali għall-minorenni li jirriżulta mis-servizzi tagħhom. Il-ħidma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar approċċ armonizzat għall-verifika tal-età tidher ukoll fil-linji gwida.
Bl-eċċezzjoni tal-intrapriżi mikro u żgħar, il-linji gwida dwar il-protezzjoni tal-minorenni se japplikaw għall-pjattaformi online kollha li huma aċċessibbli għall-minorenni, inklużi dawk li mhumiex diretti lejn il-minorenni, iżda li għad għandhom utenti taħt l-età, pereżempju minħabba mekkaniżmi inadegwati ta' assigurazzjoni tal-età.
Is-sejħa għall-evidenza tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Settembru 2024. Il-Kummissjoni se tuża l-kontribut tal-partijiet ikkonċernati biex tabbozza l-linji gwida u twettaq konsultazzjoni separata dwar l-abbozz tal-linji gwida, li huma ppjanati li jiġu adottati qabel is-sajf tal-2025.
Ipparteċipa fis-sejħa għall-evidenza
Sib aktar informazzjoni dwar: