
AdobeStock © Michael Traitov
Dan l-istitut virtwali ġdid huwa inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Applika l-IA u l-Istrateġija Ewropea għall-Intelliġenza Artifiċjali (IA) fix-Xjenza. Se jiġbor flimkien ir-riżorsi essenzjali għall-iżvilupp tal-IA u l-applikazzjoni tagħha biex jixpruna skoperti xjentifiċi trasformattivi: mit-titjib tat-trattamenti tal-kanċer għas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet ambjentali, it-titjib tat-tbassir tal-impatt tat-terremoti, u aktar. Il-proġett pilota RAISE se jiġi ffinanzjat b’€107 miljun taħt Orizzont Ewropa.
Abbażi tal-kapaċità ppruvata tal-UE li tindirizza sfidi kumplessi permezz ta’ azzjoni kollettiva, RAISE se tappoġġa l-għanijiet tal-UE li tqiegħed ix-xjenza u t-teknoloġija fil-qalba tal-ekonomija tagħha, iżżomm it-tmexxija tagħha fir-riċerka fundamentali, tħalli l-innovazzjoni taqdi lill-umanità, u tilqa’ t-talent globali biex Agħżel l-Ewropa. Bħala tali, se tikkontribwixxi biex issaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa, tixprunaha lejn era ġdida ta’ invenzjoni u inġenwità, u se ssaħħaħ is-sovranità teknoloġika tagħha.
Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa.