
Is-sejħiet il-ġodda għandhom l-għan li jħaffu l-użu ta’ infrastrutturi avvanzati rapidi, siguri u sostenibbli, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ konnettività bażi, networks 5G, u komunikazzjoni kwantistika.
€128 miljun ta’ finanzjament taħt is-sejħa għal studji u għal xogħlijiet Backbone Connectivity for Digital Global Gateways se jappoġġaw l-użu ta’ konnessjonijiet ewlenin, prinċipalment permezz ta’ kejbils sottomarini u terrestri. Konnessjonijiet bħal dawn se jtejbu l-prestazzjoni u r-reżiljenza tan-networks ta’ konnettività fl-UE, mal-gżejjer tagħha, mar-reġjuni remoti u ultraperiferiċi, maż-żoni skarsament popolati, kif ukoll ma’ pajjiżi terzi. Is-sejħa hija konformi mar-Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà u r-reżiljenza tal-infrastrutturi tal-kejbils sottomarini u mal-istrateġija Global Gateway.
Is-sejħa tal-Proġetti Pilota fuq Skala Kbira tal-5G għal komunitajiet intelliġenti u għal kurituri, b’valur ta’ EUR 105 miljun, se tiffinanzja l-varar ta’ infrastruttura awtonoma tal-5G, li tirfed il-viżjoni għal network tal-computing konness u kollaborattiv identifikat fil-White Paper “Kifnikkontrollaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?” Se tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-5G biex tippermetti servizzi innovattivi f’komunitajiet intelliġenti u tul il-kurituri tat-trasport, bħall-Mobbiltà Konnessa u Awtomatizzata (CAM).
L-azzjonijiet iffinanzjati b’EUR 90 miljun taħt is-sejħa għall-Infrastrutturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Kwantistika (EuroQCI) se jiffinanzjaw l-interkonnessjoni ta’ networks nazzjonali tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni kwantistika bejn il-fruntieri (żviluppati fil-livell nazzjonali bl-appoġġ tal-programm Ewropa Diġitali),kif ukoll il-konnessjonijiet bejn is-segmenti terrestri u spazjali tal-EuroQCI.
L-entitajiet eliġibbli jistgħu japplikaw għal dawn is-sejħiet għal proposti sat-13 ta’ Frar 2025 fil-17.00.