Il-ksur issuspettat ikopri l-politiki u l-prattiki ta’ Meta relatati mar-reklamar qarrieqi u l-kontenut politiku fuq is-servizzi tagħha. Dawn jikkonċernaw ukoll in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ diskors ċiviku effettiv f’ħin reali ta’ parti terza u għodda ta’ monitoraġġ tal-elezzjonijiet qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, fl-isfond tad-deprekazzjoni minn Meta tal-għodda tal-għarfien pubbliku fil-ħin reali tagħha CrowdTangle mingħajr sostituzzjoni adegwata.
Wara l-ftuħ formali tal-proċedimenti, il-Kummissjoni se tkompli tiġbor l-evidenza, pereżempju billi tibgħat talbiet addizzjonali għal informazzjoni, twettaq intervisti jew spezzjonijiet.
Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet:
Din il-Kummissjoni ħolqot mezzi biex tipproteġi liċ-ċittadini Ewropej minn diżinformazzjoni u manipulazzjoni mmirati minn pajjiżi terzi. Jekk nissuspettaw ksur tar-regoli, aħna naġixxu. Dan huwa minnu f’kull ħin, iżda speċjalment fi żminijiet ta’ elezzjonijiet demokratiċi. Il-pjattaformi diġitali kbar iridu jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jpoġġu biżżejjed riżorsi f’dan ir-rigward u d-deċiżjoni tal-lum turi li aħna serji dwar il-konformità. Il-protezzjoni tad-demokraziji tagħna hija ġlieda komuni mal-Istati Membri tagħna. Illum fi Praga nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru Fiala għar-rwol attiv tiegħu biex iqajjem il-kwistjoni fil-livell Ewropew, flimkien mal-iskattar mill-Belġju tal-mekkaniżmu ta’ emerġenza għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri.
Aqra l-istqarrija għall- istampa sħiħa u tgħallem aktar dwar is-superviżjoni tal-VLOPs u l-VLOSEs magħżula taħt id-DSA