
L-evidenza wriet li hemm riskju għoli għall-konsumaturi fl-UE li jiltaqgħu ma’ prodotti illegali fuq il-pjattaforma. B’mod speċifiku, l-analiżi ta’ eżerċizzju ta’ xiri bil-moħbi mwettaq mill-Kummissjoni sabet li l-konsumaturi li jixtru minn Temu x’aktarx li jsibu prodotti mhux konformi fost l-offerta, bħall-ġugarelli tat-trabi u l-elettronika żgħira.
Henna Virkkunen, il-Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-Demokrazija, qalet: “Aħna nixtru online minħabba li nafdaw li l-prodotti mibjugħa fis-Suq Uniku tagħna huma sikuri u jikkonformaw mar-regoli tagħna. Fil-fehma preliminari tagħna, Temu għadha ’l bogħod milli tivvaluta r-riskji għall-utenti tagħha skont l-istandards meħtieġa mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Is-sikurezza tal-konsumaturi online mhijiex negozjabbli fl-UE – il-liġijiet tagħna, inkluż l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, huma l-pedament għal protezzjoni aħjar online u Suq Uniku diġitali aktar sikur u ġust għall-Ewropej kollha.
Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa u sib aktar informazzjoni dwar: