Skip to main content
Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tfittex feedback biex ittejjeb l-aċċessibbiltà tas-sit web tas-settur pubbliku u tal-apps tal-mowbajl

Fid-19 ta’ Lulju, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web.

keyboard key with the word feedback

Mit-23 ta’ Ġunju 2021, is-siti web u l-apps tal-mowbajl kollha tas-settur pubbliku fl-UE għandhom l-obbligu legali li jkunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. L-aħħar pass issa huwa li tiġi riveduta l-applikazzjoni tad-Direttiva fil-prattika. Għal dan l-għan, il-konsultazzjoni tal-lum se tiġbor feedback miċ-ċittadini, speċjalment dawk b’diżabilità, iżda wkoll min-negozji, il-pjattaformi online, l-akkademiċi, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-partijiet interessati l-oħra kollha.

Il-konsultazzjoni online se tkun aċċessibbli għall-qarrejja tal-iskrin, tradotta fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u disponibbli f’verżjoni iqsar u faċli biex tinqara għall-persuni b’diżabilità konjittiva. Din se tibqa’ miftuħa sal-25 ta’ Ottubru 2021. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni se jikkontribwixxu għar-rieżami u se jgħinu biex jittejjeb l-impatt tad-direttiva biex is-siti web tas-settur pubbliku u l-apps tal-mowbajl isiru aċċessibbli. Is-sejbiet tar-rieżami se jiġu ppubblikati f’format aċċessibbli f’Ġunju 2022.