Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tilqa’ l-qbil politiku għat-tisħiħ tal-iskambju tad-data u l-appoġġ tal-ispazji Ewropej tad-data

Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim politiku milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-UE dwar Att Ewropew dwar il-Governanza tad-Data.

Graphic showing a map of Europe with microelectronic circuits and 2 arrows pointing to each other, each filled with digital numbers composed of 0 and 1

iStock photo Getty Images Plus

In-negozjati bi trilogu issa ġew konklużi. Dan iwitti t-triq għall-approvazzjoni finali tat-test legali mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, Margrethe Vestager, qalet:

Dan ir-Regolament huwa l-ewwel element kostitwenti għall-istabbiliment ta’ ekonomija solida u ġusta mmexxija mid-data. Ir-Regolament huwa dwar l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet it-tajbin għall-iskambju bil-fiduċja ta’ data, bi qbil mal-valuri u mad-drittijiet fundamentali Ewropej tagħna. Qed noħolqu ambjent sikur li fih id-data tista’ tiġi kondiviża bejn is-setturi u l-Istati Membri għall-benefiċċju tas-soċjetà u tal-ekonomija.

Il-Kummissarju għas-Suq Intern, Thierry Breton, qal:

Bl-Att dwar il-Governanza tad-Data maqbul illum, qed niddefinixxu approċċ komuni għall-kondiviżjoni tad-data — il-mod Ewropew. Qegħdin niffaċilitaw il-fluss ta’ data industrijali dejjem tiżdied minn settur għal ieħor u minn Stat Membru għal ieħor. Dan se jgħin lill-Ewropa ssir il-kontinent ewlieni għad-data. Dan qed nagħmluh billi nibnu l-fiduċja u nħallu r-riedni f’idejn il-kumpaniji u l-individwi li jiġġeneraw id-data biex jibqgħu jikkontrollawha huma. Fil-qosor: suq Uniku Ewropew miftuħ iżda sovran għad-data.

Stqarrija għall-istampa kompluta