Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
  • NEWS ARTICLE
  • Pubblikazzjoni 16 Settembru 2025

Il-Kummissarju Micallef jospita Djalogu dwar il-Politika taż-Żgħażagħ dwar il-bullying ċibernetiku

Il-Kummissarju għall-Ġustizzja Interġenerazzjonali, iż-Żgħażagħ u l-Kultura Glenn Micallef se jiltaqa’ ma’ 14-il żagħżugħ Ewropew għada fi Brussell biex ikollu skambju ta’ fehmiet qabel l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kontra l-bullying ċibernetiku.

Promotional visual for the dialogue

Huma se jesploraw kif il-politiki u l-programmi tal-UE jistgħu jipproteġu aħjar liż-żgħażagħ.

Dan il-Pjan ta’ Azzjoni se jappoġġa lill-Istati Membri, b’enfasi fuq il-minorenni u ż-żgħażagħ, li huma partikolarment affettwati minn din il-problema. Għad hemm numri li jikkonċernaw: madwar 1 minn kull 6 adoloxxenti esperjenzaw bullying ċibernetiku, u 1 minn kull 8 jammettu li jinvolvu ruħhom fih.

Flimkien ma’ bosta miżuri fil-livell nazzjonali, l-UE diġà stabbiliet mekkaniżmi biex tippromwovi s-sikurezza u l-benesseri diġitali taż-żgħażagħ, inkluż permezz tal-istrateġija Internet Aħjar għat-Tfal (BIK+) u l-linji gwida tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA)dwar il-protezzjoni tal-minorenni. F’Lulju, il-Kummissjoni nediet ukoll konsultazzjoni pubblika biex tgħin fl-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni, filwaqt li stiednet liż-żgħażagħ, lill-awtoritajiet, lill-edukaturi, lis-soċjetà ċivili, lill-pjattaformi online, u lill-industrija biex jaqsmu l-esperjenzi u l-perspettivi tagħhom. B’mod parallel, qed jitwettqu konsultazzjonijiet mat-tfal permezz tal-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal.

Iż-żewġ konsultazzjonijiet se jibqgħu miftuħa sad-29 ta’ Settembru 2025 u jistgħu jiġu aċċessati fuq il-portal Semma’ Leħnek u l-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal.