Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Għad-drittijiet tal-awtur: Il-Kummissjoni tħeġġeġ liċ-Ċekja tittrasponi bis-sħiħ ir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur fil-liġi nazzjonali

Illum, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat żewġ opinjonijiet motivati liċ-Ċekja talli naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ traspożizzjoni skont żewġ Direttivi, l-ewwel nett fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati applikabbli għal ċerti trażmissjonijiet online (id-Direttiva (UE) 2019/789), u t-tieni, dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali (id-Direttiva (UE) 2019/790).

©GettyImages

Dawn iż-żewġ Direttivi għandhom l-għan li jimmodernizzaw ir-regoli tad-drittijiet tal-awtur biex il-konsumaturi u l-ħallieqa jisfruttaw id-dinja diġitali mill-aħjar li jistgħu. Jipproteġu lid-detenturi tad-drittijiet minn setturi differenti, filwaqt li jistimulaw il-ħolqien u ċ-ċirkolazzjoni ta’ aktar kontenut ta’ valur għoli. Iġibu għażla akbar ta’ kontenut għall-utenti billi jnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u jiffaċilitaw id-distribuzzjoni tal-programmi tar-radju u tat-televiżjoni fl-UE. Wara li l-iskadenza għat-traspożizzjoni skadiet fis-7 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ ksur fit-23 ta’ Lulju 2021 billi bagħtet ittri ta’ intimazzjoni lill-Istati Membri li ma kkomunikawx it-traspożizzjoni sħiħa taż-żewġ Direttivi. L-opinjonijiet motivati mibgħuta llum huma parti mill-pakkett usa’ ta’ ksur li jikkonċerna n-nuqqas ta’ traspożizzjoni sħiħa taż-żewġ direttivi mill-Istati Membri; fid-19 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni segwiet b’ opinjonijiet motivati lil 10-il Stat Membru talli naqsu milli jinnotifikaw il-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2019/789 u lil 13-il Stat Membru fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2019/790. Fin-nuqqas ta’ tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ opinjonijiet motivati tal-lum: