Linji Gwida dwar l-Akkwist u għodda online: Għalfejn?
L-għodda online ġiet żviluppata bħala komplement għal-linji gwida tal-akkwist għaċ-ċibersigurtà fl-isptarijiet. L-għan tagħha huwa:
- Li jgħin lill-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa jidentifikaw malajr il-linji gwida li huma l-aktar rilevanti għall-kuntest tal-akkwist tagħhom bħal assi akkwistati jew theddid relatat;
- Li tiġi promossa l-importanza ta’ proċess tajjeb ta’ akkwist biex jiġu żgurati miżuri ta’ sigurtà xierqa.
Biex jiġi ffaċilitat it-tixrid ta’ prattiki tajbin fl-organizzazzjonijiet kollha tal-kura tas-saħħa madwar l-UE, issa hemm disponibbli verżjoni konċiża tal-linji gwida dwar l-akkwist fit-22 lingwa uffiċjali tal-UE u l-verżjoni sħiħa hija disponibbli bl-Ingliż u bl-Ispanjol.
Ir-rapport dwar il-linji gwida tal-akkwist diġà ġġenera interess sinifikanti fil-komunità taċ-ċibersigurtà tal-kura tas-saħħa.
Il-partijiet ikkonċernati fis-settur, inklużi l-membri tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sigurtà tas-Saħħa elettronika ssuġġerew l-idea ta’ format interattiv tal-linji gwida li jagħmilha possibbli li jiġu personalizzati t-tfittxijiet u li jiġi megħjun it-teħid tad-deċiżjonijiet permezz ta’ akkwist infurmat.
Il-linji gwida ġew tradotti sabiex l-organizzazzjonijiet tas-saħħa madwar l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw direttament il-kontenut bil-lingwa tagħhom stess.