
European Commission
Bħala parti mill-programm usa’ ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE ta’ EUR 95.5 biljun, Orizzont Ewropa, dan il-finanzjament se jikkontribwixxi biex l-UE tilħaq l-għanijiet klimatiċi tagħha, iżżid ir-reżiljenza tal-enerġija, u tiżviluppa teknoloġiji diġitali ewlenin. Se tindirizza wkoll azzjonijiet immirati biex tappoġġa lill-Ukrajna, tagħti spinta lir-reżiljenza ekonomika u tikkontribwixxi għal irkupru sostenibbli mill-pandemija tal-COVID-19.