Fit-tieni Laqgħa Ministerjali tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija (TTC) f’Pariġi, iż-żewġ partijiet tennew ir-rwol ċentrali tat-TTC għas-sħubija trans-Atlantika mġedda, li diġà serva biex jiġu kkoordinati miżuri konġunti meħuda mill-UE u mill-Istati Uniti fid-dawl tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.