Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
  • PRESS RELEASE
  • Pubblikazzjoni 06 Ġunju 2024

Elezzjonijiet Ewropej: L-istituzzjonijiet tal-UE lesti li jiġġieldu d-diżinformazzjoni

L-istituzzjonijiet tal-UE qed jagħtu sehemhom biex jiddefendu l-elezzjonijiet Ewropej tas-6-9 ta’ Ġunju kontra d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni mmirati lejn id-demokrazija Ewropea.

iStock Photo Getty Images +

L-elezzjonijiet Ewropej huma xempju tad-demokrazija Ewropea. Kif iddokumentat pereżempju mill-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali, l-atturi tad-diżinformazzjoni minn ġewwa u minn barra l-UE jfittxu li jimminaw l-integrità tal-proċess elettorali, il-fiduċja fil-proċessi demokratiċi b’mod ġenerali u jiżirgħu d-diviżjoni u l-polarizzazzjoni fis-soċjetajiet tagħna. Skont l-Ewrobarometru, 81 % taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li aħbarijiet jew informazzjoni li jirrappreżentaw ħażin ir-realtà jew saħansitra huma foloz huma problema għad-demokrazija.

Tentattivi biex iċ-ċittadini jiġu mqarrqa

L-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-verifikaturi tal-fatti bħall-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali, in-Network Ewropew tal-Istandards tal-Verifika tal-Fatti u EUvsDisinfo identifikaw u esponew bosta tentattivi biex il-votanti jiġu mqarrqa b’informazzjoni manipulata f’dawn l-aħħar xhur.

L-atturi tad-diżinformazzjoni taw informazzjoni falza dwar kif wieħed għandu jivvota, skoraġġew liċ-ċittadini milli jivvutaw, jew fittxew li jiżirgħu d-diviżjoni u l-polarizzazzjoni qabel il-votazzjoni billi ħatfu suġġetti ta’ profil għoli jew kontroversjali. Xi drabi dawn it-tentattivi ta’ qerq jikkonsistu fl-għargħar tal-ispazju tal-informazzjoni b’abbundanza ta’ informazzjoni falza u qarrieqa, kollha bil-għan li jaħtfu d-dibattitu pubbliku. Ħafna drabi l-politiċi u l-mexxejja ewlenin ikunu fil-mira ta’ kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni. Bosta politiki Ewropej spiss ikunu fil-mira tad-diżinformazzjoni: appoġġ lill-Ukrajna, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-migrazzjoni.

Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa u aktar informazzjoni dwar: