Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea: Il-prestazzjoni tal-innovazzjoni qed tkompli titjieb fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE

Il-Kummissjoni ħarġet it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea 2021, li turi li l-prestazzjoni tal-innovazzjoni tal-Ewropa qed tkompli titjieb madwar l-UE. Mill-2014’l hawn, il-prestazzjoni tal-innovazzjoni żdiedet b’medja ta’ 12.5 %. Il-konverġenza fl-UE qed tkompli sseħħ, fejn pajjiżi bi prestazzjoni aktar baxxa qed jikbru b’rata aktar mgħaġġla minn dawk bi prestazzjoni ogħla, u b’hekk qegħdin inaqqsu d-distakk fl-innovazzjoni li hemm bejniethom.

map of european countries, showing innovation leaders, strong innovators, moderate innovators and emerging innovators in different colours

European Commission

Skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali tal-2021 ippubblikata wkoll fl-21 ta’ Ġunju, din ix-xejra tapplika għall-innovazzjoni fir-reġjuni kollha tal-UE. Fix-xenarju globali, l-UE għandha prestazzjoni aħjar minn xi kompetituri tagħha, bħaċ-Ċina, il-Brażil, l-Afrika t’Isfel, ir-Russja u l-Indja, filwaqt li l-Korea t’Isfel, il-Kanada, l-Awstralja, l-Istati Uniti u l-Ġappun għandhom prestazzjoni aħjar mill-UE. It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea ta’ din is-sena hija bbażata fuq qafas rivedut li jinkludi indikaturi ġodda dwar id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali, sabiex it-tabella ta’ valutazzjoni tkun aktar konformi mal-prijoritajiet politiċi tal-UE.

Stqarrija għall-istampa kompluta