
L-għan huwa li jinġabar għarfien dwar fejn u kif l-implimentazzjoni tal-qafas taċ-ċibersigurtà tista’ tiġi ffaċilitata jew issimplifikata aktar, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni ċibernetika.
Il-ViċiPresident Eżekuttiv Virkkunen qal:
“Nistenna bil-ħerqa li nisma’ l-għarfien u l-esperjenza tan-negozji fid-djalogu tal-lum. Flimkien, se nirriflettu dwar kif nistgħu nsaħħu s-sistemi u l-infrastrutturi tagħna fil-kuntest ta’ theddid dejjem jikber u niffaċilitaw il-konformità biex niksbu l-aktar riżultati effettivi li jkunu ta’ benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi.”
Dan id-djalogu se jgħin fit-tħejjija tal-ħidma fuq l-“Omnibus Diġitali”, li għandu jiġi ppreżentat aktar tard din is-sena. Se jikkontribwixxi wkoll għar-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE kontra t-theddid ċibernetiku li qed jiżdied.
Aqra aktar informazzjoni dwar id-djalogi ta’ implimentazzjoni.