
iStock photo Getty images plus
Għall-ewwel darba, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni flimkien stabbilew objettivi u miri konkreti fl-erba’ oqsma ewlenin tal-ħiliet diġitali, l-infrastruttura inkluż il-konnettività, id-diġitalizzazzjoni tan-negozji, u s-servizzi pubbliċi online, fir-rigward tad-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali Ewropej. L-objettivi u l-miri huma akkumpanjati minn proċess ta’ kooperazzjoni ċiklika li jibda llum, biex jittieħed kont tal-progress u jiġu definiti l-istadji importanti sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu sal-2030. Il-programm joħloq ukoll qafas ġdid għal proġetti multinazzjonali li se jippermetti lill-Istati Membri jingħaqdu f’inizjattivi diġitali.