
Dan jinkludi d-definizzjoni tas-sistema tal-IA, il-litteriżmu fl-IA, kif ukoll għadd limitat ħafna ta’ każijiet ta’ użu pprojbit tal-IA deskritti fl-Att dwar l-IA li joħolqu riskji inaċċettabbli fl-UE.
Biex tiffaċilita l-innovazzjoni fl-IA, il-Kummissjoni se tippubblika linji gwida dwar id-definizzjoni tas-sistema tal-IA. Dan għandu l-għan li jgħin lill-industrija tiddetermina jekk sistema tas-software tikkostitwixxix sistema tal-IA.
Il-Kummissjoni se toħroġ ukoll repożitorju ħaj tal-prattiki tal-litteriżmu fl-IA miġbur mill-fornituri u mill-amministraturi tas-sistemi tal-IA. Dan se jħeġġeġ it-tagħlim u l-iskambju bejniethom filwaqt li jiżgura li l-utenti jiżviluppaw il-ħiliet u l-fehim meħtieġa biex jużaw it-teknoloġiji tal-IA b’mod effettiv.
Biex tgħin tiżgura l-konformità mal-Att dwar l-IA, il-Kummissjoni se tippubblika linji gwida dwar il-prattiki pprojbiti tal-IA li qed joħolqu riskji inaċċettabbli għas-sikurezza taċ-ċittadini u għad-drittijiet fundamentali.
Dawn il-linji gwida se jispjegaw il-kunċetti legali u jipprovdu każijiet ta’ użu prattiku, abbażi tal-kontribut tal-partijiet ikkonċernati. Dawn mhumiex vinkolanti u se jiġu aġġornati kif meħtieġ. Il-Kummissjoni nediet diversi inizjattivi biex tippromwovi l-innovazzjoni fl-IA, mill-pakkett tal-innovazzjoni tal-IA li jappoġġa lin-negozji ġodda u lill-SMEs sal-Fabbriki tal-IA li ġejjin li se jipprovdu aċċess għall-qawwa enormi tal-computing li n-negozji ġodda, l-industrija u r-riċerkaturi jeħtieġu biex jiżviluppaw il-mudelli u s-sistemi tal-IA tagħhom.
Aktar informazzjoni u l-Att dwar l-IA.