Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Laqgħa informali tal-Ministri tal-Kultura tal-UE dwar l-appoġġ għall-Ukrajna, il-futur tal-media Ewropea u d-diversità kulturali tal-Ewropa

Věra Jourová, Mariya Gabriel u Thierry Breton jipparteċipaw f’laqgħa informali mal-Ministri tal-Kultura tal-UE.

female journalist at her desk

GettyImages Laurence Dutton - E+

Il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel u l-Kummissarju għas-Suq Intern, Thierry Breton, se jipparteċipaw mal-Ministri tal-Kultura tal-UE f’laqgħa informali fis-7–8 ta’ Marzu 2022 f’Angers, Franza.

Peress li d-diskussjonijiet isiru fl-isfond tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna, id-diskussjoni inizjali madwar mejda se tiffoka fuq l-appoġġ għall-artisti, il-ġurnalisti, il-professjonisti kulturali Ukreni u għas-settur tal-media. Se tiġi ppubblikata dikjarazzjoni speċifika.

Id-diskussjonijiet sussegwenti ser jiffokaw fuq il-futur tal-media fl-Ewropa u t-tisħiħ tad-diversità tal-kultura Ewropea online. Is-suġġetti li għandhom jiġu enfasizzati jinkludu l-libertà tal-istampa, il-pluralità tal-media, il-mudelli ta’ finanzjament sostenibbli, l-appoġġ pubbliku fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, il-fiduċja tal-pubbliku fil-media u l-iskoperta tal-kontenut online. Se tkun ukoll opportunità biex jiġi affermat mill-ġdid l-impenn tal-Ewropa għad-diversità kulturali u lingwistika bħala pilastru tal-valuri Ewropej, billi jiġu proposti miżuri konkreti biex tissaħħaħ is-sovranità kulturali Ewropea fl-era diġitali.

Fit-8 ta’ Marzu, il-Ministri Ewropej tal-Kultura ser jiffokaw fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali tal-Ewropa. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-appoġġ tal-UE għas-settur tal-media tal-aħbarijiet u f’din l-iskeda informattiva