Il-Kummissjoni tat lill-konsorzju SpaceRISE l-kuntratt ta' konċessjoni għall-iżvilupp, l-iskjerament u l-operat tal-IRIS2 (Infrastruttura għar-Reżiljenza, l-Interkonnettività u s-Sigurtà bis-Satellita). L-iffirmar tal-ftehim ta’ konċessjoni huwa skedat għal Diċembru 2024.
Il-konsorzju SpaceRISE huwa magħmul minn tliet operaturi Ewropej tan-network satellitari: SES SA, Eutelsat SA, u Hispasat S.A. Tinvolvi wkoll sottokuntratturi minn diversi segmenti tal-ekosistema satcom: Thales Alenia Space, OHB, Airbus Defence and Space, Telespazio, Deutsche Telekom, Orange, Hisdesat u Thales SIX.
Il-kuntratt ta’ konċessjoni ta’ 12-il sena jikkonsisti fi sħubija pubblika-privata biex tinkiseb sistema magħmula minn aktar minn 290 satellita fuq diversi orbiti u s-segment terrestri assoċjat biex jiġu pprovduti servizzi governattivi sal-2030 filwaqt li jiġu permessi servizzi kummerċjali.
Il-kuntratt se jkun iffinanzjat minn investimenti pubbliċi (l-Unjoni Ewropea u l-ESA) u privati (il-konsorzju SpaceRISE).