Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Video | Pubblikazzjoni

WiFi4EU — 3 passi sempliċi biex il-belt tiegħek issir diġitali

Aktar minn 5,500 muniċipalità madwar l-Ewropa installaw in-networks WiFi4EU tagħhom. Inti benefiċjarju ta’ WiFi4EU? Tixtieq tkun taf aktar dwar il-passi meħtieġa biex tifdi l-vawċer tiegħek ta’ EUR 15,000? Ara dan il-filmat ġdid tal-WiFi4EU biex titgħallem kollox dwar il-proċess u tittrasforma l-belt tiegħek f’belt diġitali!

Biex iġġib il-Wi-Fi pubbliku bla ħlas fil-belt jew fir-raħal tiegħek, il-Kummissjoni Ewropea qassmet 8,802 vawċer tal-WiFi4EU b’valur ta’ EUR 15,000 f’ 30 pajjiż Ewropew, kif ukoll fir-Renju Unit, fin-Norveġja u fl-Iżlanda.

Inti wieħed minn dawk il-muniċipalitajiet rebbieħa? Dan il-filmat se jiggwidak permezz ta’ 3 passi sempliċi biex titlesta sabiex l-installazzjoni tan-network tal-WiFi4EU tiegħek tkun suċċess. Titlifx l-iskadenza tal-validità tal-vawċer tiegħek!  

  1. Il-muniċipalità tiegħek tagħżel kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi tal-għażla tiegħek u tiddikjaraha fil-portal WiFi4EU.
  2. Meta l-kumpanija tal-installazzjoni tal-WiFi tlesti l-hotspots, din tikkodifika u tissottometti r-rapport tal-installazzjoni fil-portal WiFi4EU. Qabel dan, il-kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi għandha tintroduċi l-kont IBAN tagħha fil-portal WiFi4EU, li mbagħad jeħtieġ li jiġi vvalidat mill-Kummissjoni Ewropea.
  3. Il-muniċipalità tiegħek tivverifika u tivvalida r-rapport tal-installazzjoni fil-portal WiFi4EU.

Hemm xi dubju dwar l-iskadenza tal-implimentazzjoni tiegħek? Tista’ tiċċekkjaha billi tikklikkja hawn, jew billi tiskennja l-kodiċi QR fil-filmat.

Jekk xi ħaġa għadha mhix ċara, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA) hija kuntenta li tgħinek matul il-proċess ta’ implimentazzjoni. Tista’ wkoll tingħaqad mal-komunità tagħna tal-WiFi4EU fil-forum ta’ diskussjoni ta’ Futurium.