Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Iċ-ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE. standard globali b’aktar minn 591 miljun ċertifikat

Din il-ġimgħa l-Kummissjoni adottat rapport dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-implimentazzjoni tiegħu madwar l-UE. Ir-rapport juri li ċ-ċertifikat tal-UE kien element kruċjali fir-rispons tal-Ewropa għall-pandemija tal-COVID-19, b’aktar minn 591 miljun ċertifikat iġġenerati.

photo of a passenger showing a covid certificate on a mobile phone

European Commission

Iċ-ċertifikat, li jkopri t-tilqim, l-ittestjar u l-irkupru kontra l-COVID-19, jiffaċilita l-ivvjaġġar sikur għaċ-ċittadini, u kien ukoll kruċjali biex tiġi appoġġata l-industrija tat-turiżmu tal-Ewropa li ntlaqtet ħażin ħafna. Iċ-ċertifikat tal-COVID Diġitali tal-UE huwa suċċess madwar id-dinja: huwa stabbilixxa standard globali u bħalissa huwa l-unika sistema li diġà qed titħaddem fil-livell internazzjonali. 43 pajjiż minn madwar erba’ kontinenti jinsabu fis-sistema, u aktar pajjiżi se jingħaqdu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

 

Stqarrija għall-istampa kompluta