Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Digibyte | Pubblikazzjoni

305 robots ta’ diżinfezzjoni kkonsenjati lil sptarijiet madwar l-UE

Il-Kummissjoni Ewropea lestiet it-twassil ta’ 305 robots tad-diżinfezzjoni bħala parti minn azzjoni meħuda kmieni fil-pandemija tal-COVID-19 biex jittaffa l-piż fuq l-isptarijiet madwar l-UE.

photo of a  person holding a tablet and steering a disinfection robot in a hospital room

UVD robots Denmark

L-azzjoni kellha baġit sa EUR 12 miljun taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI). Ir-robots jiddiżinfettaw kamra tal-pazjenti ta’ daqs standard malajr u b’mod sikur. B’dan il-mod, huma jgħinu biex tittaffa l-pressjoni fuq il-persunal tal-isptar filwaqt li joffru lill-pazjenti protezzjoni akbar kontra l-infezzjoni mill-patoġeni. Sptarijiet fis-27 Stat Membru kollha bbenefikaw minn robot tad-diżinfezzjoni mogħti b’donazzjoni. Mhi ppjanata l-ebda repetizzjoni tal-azzjoni. L-azzjoni wriet il-benefiċċji tar-robots tad-diżinfezzjoni, li jistgħu jkunu estremament utli fl-isptarijiet kif ukoll fi spazji pubbliċi oħra.