Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt: Il-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Istati Membri

Bħal f’edizzjonijiet preċedenti, dan ir-rapport jeżamina l-iżviluppi f’erba’ oqsma ewlenin għall-istat tad-dritt: is-sistemi tal-ġustizzja, il-qafas kontra l-korruzzjoni, il-pluraliżmu u l-libertà tal-media, u kwistjonijiet istituzzjonali oħra marbuta mas-sistema ta’ kontrokontrolli.

Illum il-Kummissjoni ppubblikat it-tielet Rapport annwali dwar l-Istat tad-Dritt. Ir-rapport isir fil-kuntest tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, li kompliet turi l-importanza li jiġu rrispettati l-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

Dan jinkludi ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet fl-UE kollha kemm hi u 27 kapitolu tal-pajjiżi li jħarsu lejn l-iżviluppi f’kull Stat Membru minn Lulju 2021. Ir-rapport ta’ din is-sena għall-ewwel darba fih rakkomandazzjonijiet speċifiċi indirizzati lil kull Stat Membru, kif imħabbar mill-President von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2021. Ir-rakkomandazzjonijiet huma maħsuba biex iħeġġu lill-Istati Membri jmexxu ‘l quddiem riformi li għaddejjin jew ippjanati u jgħinuhom jidentifikaw fejn huwa meħtieġ titjib.

Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa.