Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Sejħiet ġodda ta’ finanzjament taħt il-Programm Ewropa Diġitali biex tingħata spinta lir-reżiljenza ċibernetika

Il-Kummissjoni nediet stedina lill-kumpaniji, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u organizzazzjonijiet oħra biex jissottomettu proposti għal soluzzjonijiet innovattivi taċ-ċibersigurtà u biex japplikaw għal finanzjament mill-UE taħt il-Programm Ewropa Diġitali.

graphic showing person working on a tablet with different cybersecurity logos around a circle in which the word Cybersecurity is written

iStock photo Getty images plus

Investiment ta’ EUR 176.5 miljun f’għotjiet se jmur għat-titjib tal-għodod u l-infrastrutturi għal kooperazzjoni msaħħa fiċ-ċibersigurtà bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Is-sejħiet għandhom l-għan li jsaħħu ċ-ċibersigurtà tal-infrastruttura tan-networks 5G billi jappoġġaw servizzi siguri u billi jtejbu l-kapaċitajiet tal-ittestjar u taċ-ċertifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet u servizzi teknoloġiċi. L-għotjiet rispettivi se jappoġġaw ukoll l-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar iċ-ċibersigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-Direttiva NIS2) fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll il-kapaċità taċ-Ċentri tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà madwar l-UE biex jiġbru u jikkondividu informazzjoni dwar inċidenti ċibernetiċi. L-għan huwa li tingħata spinta lir-reżiljenza taċ-ċibersigurtà u l-kapaċità tal-UE li tipproteġi, tidentifika, tiddefendi u tiskoraġġixxi l-attakki ċibernetiċi.

Is-sejħiet huma miftuħa sal-15 ta’ Frar 2023 għal entitajiet mill-Istati Membri tal-UE, pajjiżi tal-EFTA/ŻEE.

Aktar informazzjoni dwar is-sejħiet għal proposti tal-Programm Ewropa Diġitali