Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Video | Pubblikazzjoni

WiFi4EU — Konnettività tal-Wi-Fi bla ħlas madwar l-Ewropa

X’inhu WiFi4EU? Fejn nista’ nsibha? X’inhuma l-benefiċċji ta’ aċċess liberu għall-konnettività? Tgħallem aktar dwar l-inizjattiva fil-filmat il-ġdid tal-WiFi4EU!

Żewġ sindki animati li għandhom telefowns, il-logo tal-wifi4eu

Bejn l-2018 u l-2020, l-inizjattiva WiFi4EU qassmet 8,802 vawċer f’ 30 pajjiż parteċipant. Il-vawċers, kull wieħed jiswa EUR 15,000, għandhom jintużaw biex jiġi installat tagħmir tal-Wi-Fi fi spazji pubbliċi jew biex jiġi aġġornat netwerk eżistenti. Ir-rispons mill-muniċipalitajiet għas-sejħiet għall-applikazzjonijiet tal-WiFi4EU mar lil hinn mill-aspettattivi: fl-erba’ sejħiet kollha, id-domanda qabżet sew l-għadd ta’ vawċers disponibbli. Minn bliet kapitali u bliet kbar f’żoni industrijalizzati għal irħula żgħar f’reġjuni rurali u territorji tal-UE madwar id-dinja, WiFi4EU laħaq firxa wiesgħa ta’ komunitajiet differenti u għandu rwol ċentrali fit-tnaqqis tad-distakk diġitali. 

Fittex il-WiFi4EU u ibqa’ konness!