Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Jum Diġitali 2021: Il-pajjiżi tal-UE jimpenjaw ruħhom għal inizjattivi diġitali ewlenin għad-Deċennju Diġitali tal-Ewropa

Illum, waqt il-Jum Diġitali 2021 li sar online, il-Ministri li jirrappreżentaw lill-Istati Membri tal-UE ffirmaw tliet Dikjarazzjonijiet biex jgħaqqdu l-isforzi u r-riżorsi għall-promozzjoni tal-konnettività internazzjonali, l-inċentivar tat-tnedija ta’ teknoloġiji diġitali nodfa u t-titjib tal-ambjent regolatorju għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu. Dawn l-impenji tanġibbli se jgħinu biex titħaffef it-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-Ewropa u se jikkontribwixxu għall-viżjoni u l-għanijiet tad-Deċennju Diġitali tal-Ewropa.