Il-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni qed iwettqu programm ta’ monitoraġġ tad-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 biex iżommu lin-nies infurmati dwar il-virus u l-vaċċini.
Il-programm ta’ monitoraġġ u rapportar tal-COVID-19 stabbilit fil- Komunikazzjoni Konġunta “Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 — Inġibu l-fatti tajbin” huwa miżura ta’ trasparenza biex tiġi żgurata l-obbligu ta’ rendikont lejn il-pubbliku tal-isforzi li saru mill-pjattaformi u l-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti biex jillimitaw id-diżinformazzjoni online relatata mal-COVID-19.
Il-pjattaformi involuti, li huma firmatarji tal- Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni, jirrapportaw regolarment dwar:
- azzjonijiet biex tiżdied il-viżibbiltà ta’ sorsi awtorevoli bħad-WHO u organizzazzjonijiet nazzjonali tas-saħħa;
- għodod li jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni affidabbli ta’ interess pubbliku;
- kontenut demotjat u mneħħi li jkun fih informazzjoni falza u/jew qarrieqa li x’aktarx tikkawża ħsara fiżika jew tfixkel il-politiki tas-saħħa pubblika;
- reklamar ipprojbit li jisfrutta l-kriżi;
- sforzi biex tiġi pprovduta informazzjoni preċiża dwar il-vaċċini.
B’mod partikolari, il-pjattaformi ntalbu jipprovdu informazzjoni relatata mal-oqsma li ġejjin:
- inizjattivi għall-promozzjoni ta’ kontenut awtorevoli fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri;
- inizjattivi u għodod biex titjieb is-sensibilizzazzjoni tal-utenti;
- informazzjoni dwar imġiba manipulattiva fuq is-servizzi tagħhom;
- data dwar il-flussi ta’ reklamar marbuta mad-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 fuq is-servizzi tagħhom u fuq siti web ta’ partijiet terzi.
Filwaqt li l-pjattaformi identifikaw għadd kbir ta’ kontenut inkluż informazzjoni falza relatata mal-COVID-19, huma ma identifikawx operazzjonijiet ikkoordinati ta’ diżinformazzjoni b’enfasi speċifika fuq il-COVID-19 immexxija fuq is-servizzi tagħhom.
Aqra r-rapporti ta’ kull xahar
- Awwissu 2020 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Settembru 2020 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Ottubru 2020 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Novembru 2020 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Diċembru 2020 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Jannar 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Frar 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Marzu 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- April 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Mejju 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Ġunju 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Lulju 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Lulju u Awwissu 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Settembru u Ottubru 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Novembru u Diċembru 2021 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Jannar u Frar 2022 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
- Marzu u April 2022 — Il-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni dwar il-COVID-19
L-aħħar aħbarijiet
Kontenut Relatat
Ħarsa globali