Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Event | Pubblikazzjoni

Jiem tad-Data Miftuħa tal-UE

Filwaqt li jistabbilixxu bl-għan li “nsawru l-futur tagħna b’data miftuħa”, il-Jiem tad-Data Miftuħa tal-UE se jenfasizzaw il-benefiċċji tad-data miftuħa, il-viżwalizzazzjoni tagħha, u l-użu mill-ġdid tagħha għas-settur pubbliku, għaċ-ċittadini u għan-negozji tal-UE. Il-programm rikk tal-avveniment huwa mfassal biex ikun ta’ benefiċċju għal udjenza wiesgħa, inklużi esperti, entużjasti tad-data miftuħa, u l-pubbliku. Dan l-avveniment se jsir kompletament online u issa qed jiftaħ ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti.

Il-jiem tad-Data Miftuħa tal-UEse jinkludu EU DataViz, konferenza tad-data miftuħa u tal-viżwalizzazzjoni tad-data għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, mit-23 sal-24 ta’ Novembru u EU Datathon, il-kompetizzjoni annwali tad-data miftuħa tal-UE, fil-25 ta’ Novembru.

It-tħejjijiet diġà għaddew minn diversi stadji importanti. Is-sejħa għal proposti għaż-żewġ partijiet tal-avveniment għalqet fl-21 ta’ Mejju u irriżultat f’ 247 proposta rċevuti min 47 pajjiż. L-aqwa minn dawn il-proposti ġew integrati fil-programm tal-konferenza EU DataViz u rriżulta f’selezzjoni ta’ disa’ timijiet finalisti fl-EU Datathon li se jdaħħlu l-apps tagħhom fil-kompetizzjoni finali.

Il-jiem tad-Data Miftuħa tal-UE huma bla ħlas u miftuħa għal kulħadd biex jattendi u r-reġistrazzjoni hija miftuħa. L-aġenda hija disponibbli hawnhekk.