
L-użu kontinwu ta’ fabbriki tal-IA u gigafactories tal-IA għandu l-għan li jipprovdi aċċess wiesa’ għal riżorsi komputazzjonali ta’ kapaċità għolja tal-ġenerazzjoni li jmiss għan-negozji u r-riċerkaturi Ewropej li jeħtieġu kapaċitajiet tal-IA. Biex tikkomplementa dan, l-UE jeħtieġ li tespandi l-kapaċità tagħha tal-cloud u taċ-ċentru tad-data biex tappoġġa l-użu u d-diffużjoni usa’ tal-IA.
Il-CADA se ssaħħaħ il-kapaċità taċ-ċentri tad-data effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li tikkomplementa l-istrateġija Apply AI biex tagħti spinta lill-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali u l-cloud madwar l-Ewropa.
Se tiffoka fuq tliet objettivi:
- Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni: l-appoġġ għall-isforzi biex tintuża l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġiji avvanzati u sostenibbli tal-cloud u tal-IA
- Kapaċità: l-aċċellerazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-iskjerament ta’ ċentri tad-data madwar l-UE, b’enfasi fuq faċilitajiet li jtejbu l-funzjonijiet essenzjali tas-settur pubbliku
- Awtonomija: l-introduzzjoni ta’ qafas uniku ta’ valutazzjoni għall-UE kollha għas-sovranità tal-cloud u tal-IA, akkumpanjat minn mekkaniżmu ta’ adozzjoni tas-settur pubbliku
Il-CADA tikkomplementa inizjattivi ġodda oħra, inkluż l-Att dwar iċ-Ċipep 2.0 u l-Istrateġija tal-UE għal Sors Miftuħ, fil-kontribut għal ekonomija diġitali Ewropea aktar kompetittiva, sigura u reżiljenti.
Tista’ tniżżel il-proposta għal regolament sħiħ, l-annessi, il-valutazzjoni tal-impatt u sommarju ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt hawn taħt.
Aqra aktar informazzjoni: