Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

It-12-il Xahar iddedikat għaċ-Ċibersigurtà Ewropea jiffoka fuq is-sensibilizzazzjoni dwar it-tattiċi manipulattivi online

L-edizzjoni ta’ din is-sena tax-Xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà tindirizza x-xejra dejjem tikber tal-inġinerija soċjali fejn l-iscammers jużaw impersonazzjoni, emails ta’ phishing jew offerti foloz biex iqarrqu bin-nies biex jieħdu ċerti azzjonijiet online jew jagħtu informazzjoni sensittiva jew personali.

Logo of European Cyber Security Month featuring a stylized white key silhouette with a circular pattern in shades of blue and yellow lines radiating from the keyhole, set against a white background. Below the logo is the text “EUROPEAN CYBER SECURITY MONTH” in blue capital letters.

Il-kampanja annwali hija ddedikata għall-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-prattiki tajbin. Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa l-kampanja tax-xahar taċ-Ċibersigurtà b’avvenimenti li jseħħu madwar l-Ewropa matul Ottubru. L-aktar materjal promozzjonali innovattiv u ta’ suċċess dwar iċ-ċibersigurtà se jiġi rikonoxxut bi premju.

L-avveniment ta’ tnedija se jsir fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u fil-Kumitat tar-Reġjuni fi Brussell mit-2 sal-4 ta’ Ottubru, filwaqt li kull min jiġi rreġistrat jista’ jsegwi u jipparteċipa online.

Margrethe Vestager, il-Viċi President Ewropew għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet:

“Danix-xahar ta’ Ottubru, bħal kull sena, inħeġġuk tibqa’ viġilanti online. L-attakkanti qed isiru aktar kreattivi fi scams tal-inġinerija, jisfruttaw il-fiduċja tiegħek u jqarrqu bl-individwi, in-negozji u l-organizzazzjonijiet fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni. It-theddid ċibernetiku qed jevolvi b’pass mgħaġġel u jeħtieġ li naġġornaw il-ħiliet tagħna b’mod kostanti biex nibqgħu sikuri online.”

L-Ewrobarometru tal-Kummissjoni dwar il-ħiliet fiċ-ċibersigurtà, ippubblikat f’Mejju 2024, jissottolinja l-ħtieġa li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari mill-perspettiva tan-negozji tal-UE. L-Akkademja tal-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà tal-Kummissjoni , pjattaforma li tlaqqa’ flimkien korsijiet u inizjattivi tal-ħiliet fiċ-ċibersigurtà minn madwar l-Ewropa, hija aċċessibbli għal kulħadd online.

Għal aktar informazzjoni: