Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi Identità Diġitali affidabbli u sigura għall-Ewropej kollha

Il-Kummissjoni pproponiet qafas għal Identità Diġitali Ewropea li se jkun disponibbli għaċ-ċittadini, ir-residenti u n-negozji kollha tal-UE fl-UE. Iċ-ċittadini se jkunu jistgħu jagħtu prova tal-identità tagħhom u jikkondividu d-dokumenti elettroniċi mill-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali tagħhom billi jagħfsu buttuna fuq il-mobile tagħhom. Se jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi online bl-identifikazzjoni diġitali nazzjonali tagħhom, li se jkunu rikonoxxuti madwar l-Ewropa kollha. Pjattaformi kbar ħafna se jkunu meħtieġa jaċċettaw l-użu tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali fuq it-talba tal-utenti, pereżempju bħala prova tal-età tagħhom. L-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali dejjem se jkun l-għażla tal-utent.

photo of an ID card in an e-ID card reader

iStock photo Getty Images plus