Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tesprimi s-sodisfazzjon tagħha bil-qbil politiku rigward regoli ġodda dwar iċ-ċibersigurtà tas-sistemi ta’ network u informazzjoni

Il-Kummissjoni sodisfatta bil-qbil politiku li ntlaħaq illum bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-UE rigward id-Direttiva dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni kollha (id-Direttiva NIS 2) proposta mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020.

photo of network control room with operators sitting in a large room with a big wall display in the background

iStock photo Getty images plus

Ir-regoli eżistenti dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-Direttiva NIS) kienu l-ewwel biċċa leġiżlazzjoni għall-UE kollha dwar iċ-ċibersigurtà u wittew it-triq għal bidla sinifikanti fil-mentalità kif ukoll l-approċċ istituzzjonali u regolatorju għaċ-ċibersigurtà f’ħafna Stati Membri. Minkejja l-kisbiet notevoli u l-impatt pożittiv tagħhom, dawn kellhom jiġu aġġornati minħabba ż-żieda fil-livell ta’ diġitalizzazzjoni u interkonnettività tas-soċjetà tagħna u l-għadd dejjem akbar ta’ attivitajiet malizzjużi ċibernetiċi fil-livell globali.

Stqarrija għall-istampa kompluta