![photo of a hospital corridor in which a disinfection robot is at work](/sites/default/files/styles/large/public/newsroom/items/disinfectionrobot_rN1sLrufpjSG6Gp7TbFu343TIE_76800.jpg?itok=uuNIRF8b)
UVM robots
Il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, Margrethe Vestager, stqarret:
L-assistenza lill-Istati Membri biex jegħlbu l-isfidi tal-pandemija għadha prijorità ewlenija u dawn id-donazzjonijiet — forma tanġibbli ħafna ta’ appoġġ — huma eżempju ewlieni ta’ dak li jista’ jinkiseb. Din hija solidarjetà Ewropea fl-azzjoni u ninsab kuntent li l-Kummissjoni tista’ tmur il-mil żejjed meta tagħti 100 robots ta’ diżinfezzjoni addizzjonali lill-isptarijiet fil-bżonn.
Ħamsa u għoxrin robots tad-diżinfezzjoni diġà ilhom jaħdmu billejl u binhar fi Spanja minn Frar biex jgħinu fl-indirizzar tat-tixrid tal-coronavirus. Kważi kull Stat Membru tal-UE issa rċieva mill-inqas robot wieħed għad-diżinfezzjoni, li jiddiżinfetta kamra standard tal-pazjenti f’inqas minn 15 minuta, filwaqt li jtaffi l-persunal tal-isptar u joffrilhom u lill-pazjenti tagħhom protezzjoni akbar kontra infezzjoni potenzjali. Din l-azzjoni hija possibbli permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza u l-apparati huma fornuti minn robots UVD tal-kumpanija Daniża, li rebħu offerta ta’ akkwist ta’ emerġenza.