Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-programm Ewropa Diġitali jagħmel disponibbli EUR 84 miljun biex isaħħaħ l-IA u ċ-ċibersigurtà

Il-Kummissjoni ppubblikat sensiela ta’ sejħiet ġodda għal proposti għall-Programm Ewropa Diġitali. Baġit iddedikat ta’ EUR 84 miljun huwa disponibbli għal attivitajiet li jappoġġaw liċ-Ċentri tal-Operazzjoni tas-Sigurtà b’applikazzjonijiet ġodda tal-IA u teknoloġiji abilitanti oħra, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà bħall-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika, kif ukoll għat-tranżizzjoni Ewropea lejn kriptografija postkwantistika.

The Digital Europe Programme makes €84 million available to strengthen AI and cybersecurity

Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet:

Peress li d-daqs tat-theddid ċibernetiku qed jiżdied b’mod esponenzjali, iċ-ċibersigurtà hija essenzjali. Din is-sejħa għal teknoloġiji ta’ appoġġ se tgħin lill-UE tinvesti biex tipproteġina bħala ċittadini, is-soċjetajiet tagħna u l-ekonomija tagħna.

Il-Kummissarju għas-Suq Intern, Thierry Breton, qal:

Il-veloċità tad-detezzjoni hija kruċjali biex ikun hemm rispons effettiv għat-theddid ċibernetiku. Huwa għalhekk li rridu ninvestu f’applikazzjonijiet ġodda tal-IA u f’teknoloġiji abilitanti oħra biex insaħħu l-infrastruttura Ewropea tal-SOC tagħna u niksbu tarka ċibernetika Ewropea reali.

Is-sejħiet huma miftuħa għan-negozji, il-SMEs, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, u entitajiet oħra mill-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, u l-pajjiżi assoċjati mal-Programm Ewropa Diġitali. Il-proġetti ffinanzjati minn din is-sejħa se jiġu ġestiti miċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà (ECCC).

Is-sejħa se tiftaħ għall-applikazzjonijiet fis-16 ta’ Jannar 2024 u l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija s-26 ta’ Marzu 2024 f’ 17: 00 CET.

Aċċessa s-sejħiet