Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

L-att dwar is-Servizzi Diġitali: Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja

Illum, il-Kummissjoni ppubblikat abbozz ta’ test għall-feedback pubbliku dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA).

icons of platform services

istockphoto

Il-perjodu ta’
feedback se jdum xahar u se jgħin fit-tfassil tar-Regolament Delegat finali tal-Kummissjoni.

Id-DSA daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 2022. L-obbligi għall-fornituri tas-servizzi ddeżinjati bħala pjattaformi online kbar ħafna jew magni tat-tiftix kbar ħafna se jsiru applikabbli erba’ xhur wara d-deżinjazzjoni formali tagħhom, abbażi tan-numri tal-utenti li jridu jiġu ppubblikati sas-17 ta’ Frar 2023. Il-Kummissjoni tistenna li l-obbligi jidħlu fis-seħħ mill-ħarifa tal-2023.

Sabiex jiġu żgurati s-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-regoli l-ġodda, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li timponi tariffa fuq il-fornituri taħt is-superviżjoni tagħha.

L-abbozz tar-Regolament Delegat, li issa huwa disponibbli għall-feedback pubbliku, għandu l-għan li jipprovdi ċertezza legali lill-fornituri tas-servizzi kkonċernati. Dan jispeċifika l-metodoloġija u l-proċeduri għall-kalkolu u l-impożizzjoni tat-tariffa superviżorja, jipprovdi aktar dettalji għall-kalkolu tal-kostijiet stmati kumplessivi u għad-determinazzjoni tat-tariffi individwali, u jispeċifika wkoll il-proċedura għal-limitu ġenerali. 

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jissottomettu l-fehmiet tagħhom dwar l-abbozz fil-Portal Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni sad-19 ta’ Jannar 2023.