Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Sovranità diġitali: Jidħol fis-seħħ l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep

L-att Ewropew dwar iċ-Ċipep daħal fis-seħħ fl-21 ta’ Settembru. Dan idaħħal fis-seħħ sett komprensiv ta’ miżuri li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, ir-reżiljenza u t-tmexxija teknoloġika tal-UE fit-teknoloġiji u fl-applikazzjonijiet tas-semikondutturi.

Digital sovereignty: European Chips Act enters into force

copyright European Commission

Is-Semikondutturi huma l-elementi kostitwenti essenzjali tal-prodotti diġitali u diġitalizzati. Mill-ismartphones u l-karozzi, sal-applikazzjonijiet u l-infrastrutturi kritiċi għall-kura tas-saħħa, l-enerġija, id-difiża, il-komunikazzjoni u l-awtomatizzazzjoni industrijali, is-semikondutturi huma fulkru tal-ekonomija diġitali ta’ żmienna. Madwar dan il-fulkru jiddawru bosta interessi ġeostrateġiċi qawwija u tat-tellieqa teknoloġika dinjija.

B’mod konkret, l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep se jsaħħaħ l-attivitajiet tal-manifattura fl-Unjoni, jistimula l-ekosistema Ewropea tad-disinn, u jappoġġa l-espansjoni u l-innovazzjoni tul il-katina tal-valur kollha. Permezz tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, l-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tilħaq il-mira tagħha li tirdoppja s-sehem mis-suq globali attwali tagħha għal 20 % fl-2030

Aqra aktar dwar: