Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

L-UE u l-Istati Uniti jevalwaw il-kummerċ u l-kooperazzjoni teknoloġika

Din il-ġimgħa l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kellhom il-ħames laqgħa tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija (TTC) bejn l-UE u l-Istati Uniti f’Washington, D.C.

EU and US take stock of trade and technology cooperation

iStock photo Getty images plus

Il-laqgħa ppermettiet lill-ministri jevalwaw il-progress tal-ħidma tat-TTC u jipprovdu direzzjoni politika dwar il-prijoritajiet ewlenin għal-laqgħa Ministerjali li jmiss tat-TTC, li ser issir fil-Belġju fir-rebbiegħa.

It-TTC huwa l-forum ewlieni għal kooperazzjoni mill-qrib dwar kwistjonijiet trans-Atlantiċi ta’ kummerċ u teknoloġija. Kien kopresedut mill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis, is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Antony Blinken, is-Segretarju tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Gina Raimondo, u r-Rappreżentant għall-Kummerċ tal-Istati Uniti Katherine Tai, flimkien mal-Kummissarju Ewropew Thierry Breton.

Stqarrija għall-istampa kompluta

Aqra aktar informazzjoni dwar: