Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Ċibersigurtà tal-UE: Il-Kummissjoni tipproponi Ċiberunità Konġunta għal reazzjoni aktar effiċjenti b’rabta mal-inċidenti ta’ sigurtà fuq skala kbira

Il-Kummissjoni stabbiliet viżjoni biex tibni Unità Ċibernetika Konġunta ġdida biex tindirizza l-għadd dejjem jikber ta’ inċidenti ċibernetiċi serji li għandhom impatt fuq is-servizzi pubbliċi, kif ukoll il-ħajja tan-negozji u taċ-ċittadini madwar l-Unjoni Ewropea. Minħabba li l-għadd ta’ attakki ċibernetiċi, kif ukoll l-iskala u l-konsegwenzi tagħhom qiegħed dejjem jikber, qed jinħass dejjem iktar il-bżonn ta’ reazzjonijiet avvanzati u kkoordinati fil-qasam taċ-ċibersigurtà — għax l-impatt fuq is-sigurtà tagħna huwa wieħed qawwi. L-atturi rilevanti kollha fl-UE jeħtieġ li jkunu preparati biex jirrispondu kollettivament u jiskambjaw informazzjoni rilevanti fuq bażi ta’ “ħtieġa ta’ kondiviżjoni”, minflok fuq bażi ta’ “ħtieġa ta’ tagħrif” biss.

picture of a computer room with big screen

iStock photo Getty Images plus